Illum hi ġurnata speċjali għall-Perit u l-membru parlamentari Toni Bezzina u martu li llum qed jiċċelebraw iż-żwieġ tagħhom. Kien bħal-lum meta bdew il-vjaġġ tal-ħajja miżżewġa.
“Għaddew 31 sena mill-ġurnata fejn għidna ‘is-signor si’… qisu lbieraħ. Grazzi Josette tas-sagrifiċċji, imħabba u paċenzja kontinwa tiegħek. Jalla l-Bambin jagħtina x-xorti nixjieħu flimkien u ngawdu aktar lil xulxin,” jikteb Toni.
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lill-Perit Toni Bezzina u martu fl-anniversarju tagħhom.