“Għal Tliet Snin Twal, Alfie Stenna. Wasal Fil-Milied, Kwiet, Ġentili, U Ħadd Ma Kien Jagħti Kasu” – MSPCA

Is-santwarju tal-annimali MSPCA kitbu fuq il-paġna tagħhom li wieħed mill-iktar klieb li ilu jistenna familja, fl-aħħar ġie addottat.

Kitbu, “Huma ġew għal Alfie! Għal tliet snin twal, Alfie stenna. Wasal fil-Milied, kwiet, ġentili, u ħadd ma kien jagħti kasu. Għandu qalb mimlija mħabba, imma kienu jibqgħu għaddejjin minn ħdejh. Minsi minn ħafna… imma mhux minn dawn. Huma ġew. Rawh, u f’dak il-mument, kollox inbidel!”

Żiedu jgħidu, “In-niket ta’ Alfie telaq. Għajnejh xegħlu. It-tbissima tiegħu ta’ vera. Wara snin jistenna, jitħasseb, jittama… Alfie qiegħed id-dar!”

Nirringrazzjaw mill-qalb lill-familja li għażlet lil Alfie, ġgant ġentili, b’qalb tfur bl-imħabba. Kull kelb jixraqlu familja li verament tħobbu u aħna ninsabu ferħanin immens li Alfie fl-aħħar sab dik il-familja.





Facebook / MSPCA



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI