"Għalkemm Ħadd Ma Jaf X’Ħassejt, Jien Qiegħed Hawn Biex Ngħidlek Prosit. Ma Kinitx Faċli, Imma Rnexxielek Qalbi" – Johan Mifsud

Johan Mifsud bħal dejjem qasam messaġġ li jfisser ħafna għal bosta persuni li forsi kultant iħoss mumenti iebsin. Johan isemmi li hawn min forsi ħassha diffiċli jibda l-ġurnata, jmur għax-xogħol jew isajjar.





Minkejja d-diffikultá, ħafna jagħmlu sforz u jagħżlu li jkomplu l-ġurnata tagħhom, bis-sentimenti kollha li qed iħossu. Johan jagħżel li jindirizza lil dak li jkun li forsi għaddej minn battalja.

“Xi ħadd illum irnexxielu. Jien nixtieqek tkun taf li għalkemm ħadd ma jaf x’ħassejt, jien qiegħed hawn biex ngħidlek prosit. Ma kinitx faċli, imma rnexxilek qalbi,” jikteb Johan

Ikompli billi jinkoraġġixxi lil min għandu bżonn jisma’ dal-kliem. Prosit kbira Johan!



Facebook/ Johan Mifsud

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI