"Għalkemm Xtaqt Li Nasal Id-Dar Mal-Familja U Mat-Tfal Tiegħi… Minn Banda Xtaqt Inkompli L-Esperjenza" – Diane Wara L-Eliminazzjoni

Waqt Magic Morning ma’ Abel, JD, Valentina u Martina, ingħaqdu ż-żewġ islanders li għadhom kif ġew eliminati mill-villa ta’ Love Island Malta. Diane tkellmet dwar dak li ħasset hekk kif bdew jitħabbru r-riżultati.

Diane tistqarr li wara li tħabbru l-voti li rċevew Aj u Carmen, bassret li huma ser jiġu eliminati.





“Għalkemm xtaqt li nasal id-dar mal-familja u mat-tfal tiegħi l-ikar, qisni minn banda xtaqt inkompli l-esperjenza hemm, għax darba ħa ngħixha. Kont qed nieħu gost u esperjenza sabiħa wisq.”

Gabriel jistqarr li sab tibdil fil-villa meta daħal għat-tieni darba. “L-affarijiet ġraw kif ġraw, jien komplejt ma xtaqtx nitlaq. Is-sitwazzjonijiet kif kienu, qisu dejjem għall-agħar… Għaddew ġimgħatejn minn mindu kont erġajt dħalt, u l-affarijiet kienu nbidlu hemm ġew. Kif sibt l-affarijiet ma’ wiċċi, anke jien stess inbdilt xi naqra…”

Hu jħoss li hu u Diane huma, “l-iżjed koppja favorita mal-pubbliku.” Segwi HAWN biex tisma’ l-intervista sħiħa.



Youtube/ Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI