"Għandhom Jiġu Introdotti Miżuri Stretti Ta' Semi-Lockdown" – Il-Kulleġġ Malti Tal-Patoloġisti

Il-vaċċin tal-Covid-19 mhuwiex circuit breaker u mhux se jnaqqas in-numri fil-futur immedjat, u l-miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jiġu eskalati b’mod urġenti, qal il-Kulleġġ Malti tal-Patoloġisti.

Is-sejħiet għall-infurzar ta’ aktar miżuri restrittivi żdiedu wara numri rekord ta’ każijiet ta’ Covid-19 irreġistrati matul il-jiem li għaddew. Il-Prim Ministru Robert Abela ilbieraħ li miżuri ġodda se jitħabbru “fis-sigħat li ġejjin.”

Il-Kulleġġ Malti tal-Patoloġisti qal li jinsab allarmat bin-numri li dejjem qed jikbru. “Għalkemm is-sitwazzjoni ma ilhiex taħt kontroll mill-bidu tat-tieni mewġa, huwa ċar li l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħudha, in-nuqqas ta’ infurzar ta’ restrizzjonijiet u nies li jniżżlu l-gwardja tagħhom qed jirriżultaw fit-tixrid mgħaġġel tal-virus.”

Ma’ dan il-Kuleġġ żied ukoll, “Id-dħul fl-isptar żdied wara l-perjodu tal-Milied u tas-sena l-Ġdida u għal darb’oħra wara l-vaganza tal-karnival, u dan jissuġġerixxi li dan huwa r-riżultat tal-laqgħat. L-impatt li għandu l-varjant tar-Renju Unit tal-virus għadu inċert.”

L-istess kulleġġ saħaq li l-messaġġ li ġej mill-gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa jidher li jagħti l-impressjoni li l-programm ta’ tilqim li għaddej bħalissa huwa s-soluzzjoni tat-tmiem tal-pandemija.

“Il-vaċċin mhuwiex miżura ta’ mitigazzjoni u mhuwiex circuit breaker. Mhux se jnaqqas in-numri fil-futur immedjat, kif diġà rajna. Miżuri ta’ mitigazzjoni għandhom jiġu eskalati b’mod urġenti, inkluż il-projbizzjoni tat-taħlit tal-familji, it-tnaqqis tan-numru ta’ nies permessi li joqogħdu flimkien u l-għeluq temporanju ta’ servizzi mhux essenzjali.”

Il-kulleġġ iżid l-importanza ta’ “l-projbizzjoni ta’ vjaġġar għal vaganzi lejn Għawdex u l-infurzar ta’ miżuri stretti fir-ristoranti.” Barra minn hekk, “laqgħat pubbliċi għandhom ikunu pprojbiti, u jeħtieġ li ssir aktar enfasi fuq it-tagħlim onlajn.”

Pajjiżna għandu waħda mill-ogħla rati ta’ infezzjonijiet fl-Ewropa u wieħed mill-iktar pajjiżi bi ftit miżuri ta’ restrizzjonijiet, qalet. L-isptarijiet kważi mimlija u qed jitħabtu biex ilaħħqu mad-dħul ta’ pazjeni bil-Covid, “l-ITUs tagħna huma kważi mimlija u inkwetanti, pazjenti iżgħar issa qed jiddaħħlu b’kumplikazzjonijiet mill-virus.”

Huma għalqu billi ħeġġew lill-gvern, “jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqsu t-tixrid tal-virus SARS CoV2 qabel ma s-sitwazzjoni ssir totalment maniġġabbli.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI