“Għandi Żewġ Dati Fuq L-Ispalla, U Llum Waħda Minnhom.” – Luca Lorenzo Jfakkar Il-Memorja Ta’ Persuna Tant Għażiża Għalih

Id-DJ u preżentatur lokali, Luca Lorenzo, jaqsam tpinġija sentimentali għall-aħħar li għandu fuq spalltu. Tpinġija ta' żewġ dati li llum tinzerta waħda minnhom.

Mar-ritratti li jaqsam Luca jikteb, "Għandi żewġ dati fuq l-ispalla, u llum waħda minnhom.Tlifniek hawn imma dejjem magħna u naf li tisimgħu kuljum. Ħu sigaret u cappuccino tal-okkażżjoni Nan."

F'isem it-tim ta' Gwida.mt, insellmu l-memorja tal-għażiża nanntu li kull min isegwi lil Luca jaf kemm kienet għal qalbu u kemm kienet tagħmel parti integrali minn ħajtu!



Strieħ fis-sliem għażiża u kompli ħares lill-maħbubin tiegħek minn fejn tinsab!

Facebook / Luca Lorenzo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI