Johan Mifsud, dalgħodu jibda l-jum bi ħsieb pożittiv li kultant ikollok bżonn tisimgħu. Messaġġ lil min jibda jara xi ftit id-dlam u jara biss sfidi quddiemu. Hu jikteb, “Bonġu qalbi, hekk taħseb li ħadd ma jħobbok? Ieqaf ftit u aħseb… Ħares sew madwarek u staqsi lilek innifsek!”
Hu jkompli, “Imma jien nemmen u nħoss li ħaqni nkun maħbub/a, u hekk taċċetta, jien nassigurak li ma tibdiex tlaħħaq l-imħabba li ssib madwarek. Għax persuna jew tnejn ma ħabbukx ma jfissirx li d-dinja kollha l-istess. Inħobbok ħafna jalla llum tkun l-ewwel ġurnata ta’ ħafna affarijiet sbieħ.”
Prosit Johan. Nieħdu gost nisimgħu kliem bħal dan!
Facebook / Johan Mifsud