“Ġabuha Żewġ Nisa Ta’ Qalb Tajba, Minn Post Tassew Ikrah” – AAA Dwar Il-Kelba Zoey

AAA Malta ntroduċewna ma’ Zoey, kelba sewda b’saqajn bojod u bi tbissima gustuża fuq wiċċha.

Fuq il-paġna qalu, “Ġabuha żewġ nisa ta’ qalb tajba, minn post tassew ikrah. Zoey hi l-iktar tifla ħelwa u għandha madwar seba’ snin. Hi ġiet imsewwija u tajniha l-ewwel vaċċini. Minkejja li l-ħajja fis-santwarju hi differenti minn dik li hi mdorrija fiha, hi sejra mhux ħażin. Ejjew inxerrdu l-messaġġ għal Zoey.”

Huma spjegaw li min jixtieq joffri xi donazzjoni lil dan is-santwarju jista’ jagħmel dan fuq Revolut jew BOV mobile fuq 79730921 jew Paypal fuq l-email [email protected].

Meta nagħżlu li naddottaw annimal, inkunu qed nagħtuh ċans ġdid biex iduq l-imħabba li tant jistħoqqlu.

Ritratti:

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI