“Nikteb B’Mod Vulnerabbli Dwar Il-Karattru Tiegħi U Naħseb, Għalxiex Nippruvaw Naħbu Dawn L-Affarijiet” – Lorinda Mamo

Lorinda Mamo għażlet li taqsam mas-segwaċi tagħha xi ftit affarijiet dwarha nnifisha li forsi qabel kienet tiddejjaq tammetti.

Hi qalet, “Jiena umana. Nikteb b’mod vulnerabbli dwar il-karattru tiegħi u naħseb, għalxiex nippruvaw naħbu dawn l-affarijiet li jagħmluna aħna? Għallinqas jien hekk kont nagħmel. Nipprova nkun bħal ħaddieħor, nipprova nintogħġob biex ħaddieħor jaċċettani u jinkludini, imma l-unika ħaġa li tiġri hi li tinsa int min int. Din mhix ħaġa sabiħa.”

Hi għażlet li tkun vulnerabbli u ammettiet xi affarijiet li huma parti mill-karattru tagħha, bħall-fatt li tħossha iżjed faċli tgħin lil ħaddieħor milli tistaqsi għall-għajnuna għaliha stess, u li tiddejjaq tħossha li qed iddejjaq lil ħaddieħor.

Lorinda saħqet, “Nikbru u nitgħallmu minn xulxin, u nagħmlu l-aħjar li nistgħu minn din il-ħajja waħda ċkejkna li għandna.”

Ritratti:

Facebook / Lorinda Mamo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI