“Ninsab Grata Għal Dejjem, Staġun Wara Staġun, Il-Mistednin Ikomplu Jagħżlu Lili U Dan L-Ispazju” – Melanie Kelly

Melanie Kelly ħabbret li llum jibda staġun ġdid tal-Podcast ‘Kellymni’. Hi kitbet messaġġ fuq il-paġna tagħha biex tesprimi kemm tinsab eċċitata għal dan l-istaġun ġdid.

Qalet, “Ninsab grata għal dejjem, staġun wara staġun, il-mistednin ikomplu jagħżlu lili u dan l-ispazju, biex jaqsmu affarijiet dwarhom infushom li jaf qatt ma kienu tkellmu dwarhom qabel. Hemm xi ħaġa speċjali u inkredibbli li niġi afdata bi stejjer li huma personali, vulnerabbli, u xi kultant diffiċli mmens biex jitkellmu dwarhom.”

Żiedet tgħid, “Il-fatt li qed niġi afdata nġorru miegħi bi gratitudni kbira. Niċċelebrew staġun ieħor ta’ konverżazzjonijiet onesti, emozzjonijiet reali, u stejjer li ħaqqhom jinstemgħu.”

Ninsabu ħerqanin biex naraw iżjed episodji ta’ Kellymni! Intom se ssegwu?

Ritratti:

Facebook / Melanie Kelly

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI