It-tiktoker u influencer Rodianne Polidano kitbet messaġġ ta’ ispirazzjoni fuq il-paġna tagħha. Spjegat kemm tinsab kburija li rnexxielha tasal fejn tixtieq, u fakkret lis-segwaċi tagħha biex qatt ma jaqtgħu qalbhom.
Hi qalet, “Qatt taqta’ qalbek li xi darba jkollok il-kumpanija tiegħek. Dejjem emmen fik innifsek, anke f’dawk il-ġranet meta d-dubju jinstema iżjed mill-ħolm tiegħek. Inħares lura, kont niddubita lili nnifsi ħafna drabi. Kont nitħasseb dwar jekk jien hux kapaċi, jew qed noħlom wisq kbir... imma issa, hawn qiegħda, nibni kumpanija tiegħi stess.”
Kompliet tispjega, “Infakkar lili nnifsi u lil kull min qed jiġri wara ħolma: taqtgħux qalbkom. Emmnu fikom infuskom. Xi darba se tħarsu lura u tkunu kburin li ma qtajtux qalbkom.”
Instagram / @rodjen_ta_tiktok