“Ġejna F’Sitwazzjoni Fejn Il-Prodott Malti Qisu Xi Ħaġa Ħażina” – Philip Vella

Fil-programm Xtra li xxandar il-Ħamis filgħaxija fuq TVM kien hemm mistieden il-kantawtur Philip Vella. Philip, b'differenza mis-soltu ma kienx qed ikanta imma kien qed jiddiskuti l-mużika Maltija. Fl-intervista ħareġ ċar kemm Philip għandu għal qalbu l-mużika Maltija li skont hu donnu qed tingħata bis-sieq. 

"Jekk tfittex u ssib li ħafna milli jiktbu l-mużika Maltija u għal xiex jiktbu l-mużika m'hawnx. Radjijiet li jdoqqu mużika maltija mill-inqas". - Philip Vella

Philip jargumenta li... "Kien hemm żmien fejn il-mużika Maltija ma kinitx xi ħaġa tajba, kien joħorġu massa u kollha listess ...imma llum m'għadux il-każ". Philip jgħid li jeżistu nies f'Malta fejn qed jikkmandaw u ħadu kontroll assolut tal-kanzunetta Maltija. 

"Jeżistu biss tnejn min-nies fejn ħadu kontroll assolut tal-mużika Maltija kollha. Ġabu sitwazzjoni fejn jaħsbu u jgħidu li l-istandard huwa kollu ħażin u huma biss l-istandard" - Philip Vella fuq Xtra. 

Mistieden fil-programm kien hemm ukoll il-kantant Malti Freddie Portelli. Philip ikkumpara ż-żminijiet tal-passat mal-lum u qal li.. "id-diski li kien joħroġ Freddie 30 sena ilu kullħadd jafhom, imma li joħroġ issa ħadd!". 

Taħseb li f'Malta għandu jkun hawn persentaġġ ta' kemm ir-radijiet jdoqqu diski Maltin? Hawn għatx għall-mużika bil-lingwa tagħna? Int x'taħseb? Iktbilna. 

Segwi l-intervsita ta' Philip fuq Xtra hawn:

XTRA / YOUTUBE

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI