“Ġejt Meħuda L-Isptar Mater Dei Bl-Ambulanza Wara Li Bdejt Nesperjenza Uġigħ Qawwi” – Nadia ta’ Green Fingers Club

Nadia li tieħu ħsieb Green Fingers club (proġett edukattiv favur l-ambjent) taqsam magħna esperjenza kerha li għaddiet minnha,

“Din il-ġimgħa kienet iebsa ħafna u mhux mistennija. Ġejt meħuda l-Isptar Mater Dei bl-ambulanza wara li bdejt nesperjenza uġigħ qawwi u kumplikazzjonijiet li ħallewni ma nistax nimxi jew ngħaddi l-awrina mingħajr kateter. Din kienet it-tielet żjara tiegħi fl-emerġenza fi ftit jiem, wara li skoprew li għandi tliet fibrojdi, waħda minnhom kbira daqs ballun tat-tennis li kienet qed tagħfas fuq il-bużżieqa tal-awrina u organi oħra.”

Tkompli, “Kont ninsab eċċitata ħafna biex inlestu l-kamra tal-farm tal-Green Fingers Club qabel il-Milied, u għalhekk iweġġagħni li qed naqsam din l-aħbar diffiċli minflok progress pożittiv.

Minkejja kollox, jien immensament grata għall-imħabba, it-talb u l-inkoraġġiment li rċevejt, ifissru ħafna aktar milli nista’ nesprimi.

F’nofs dawn l-isfidi, riċentement iffirmajt ftehim biex nixtri biċċa art żgħira sabiex inkabbar Green Fingers Club. Dan l-ispazju huwa maħsub bħala santwarju għat-tfal, post fejn jinġabru l-voluntiera, jitħawlu aktar siġar, u fil-futur ikun hemm doqqajs tan-naħal u tiġieġ free range imkabbra b’mod organiku.”

Tgħidilna wkoll, “Sfortunatament, kirurġija u perjodu ta’ rkupru se jżommuni milli mmexxi workshops biex niġġenera l-fondi li tant għandna bżonn biex naghmlu din il-holma rejalta’.

Jekk xi ħadd jixtieq jappoġġjana permezz ta’ raffles tal-Milied jew inizjattivi oħra ta’ ġbir ta’ fondi, inkun tassew grata.

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta’ Revolut jew l-app tal-BOV fuq +356 99497325.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI