F’messaġġ li mess il-qlub ta’ ħafna fuq il-midja soċjali, Georg qasam riflessjoni profonda dwar iċ-ċiklu tal-ħajja. Huwa fakkar kif l-ewwel mumenti ta’ ħajtu qattagħhom maġenb ommu f’sodda ta’ sptar, u kif issa kellu l-privileġġ li jkun hu li jżommha f’dirgħajh matul l-aħħar sekondi ta’ ħajjitha.
Ommu Rose mietet fil-paċi, imdawra bl-imħabba tal-familja tagħha. Fil-messaġġ tiegħu, Georg saħaq li għalkemm ħadd ma jgħix għal dejjem, il-wirt ta’ ommu se jibqa’ jgħix permezz tal-istejjer li ħalliet warajha, il-valuri li emmnet fihom u l-għażliet etiċi li ispirat lil dawk ta’ madwarha biex jagħmlu.
Huwa ddeskriviha bħala mara li ħalliet warajha ġid kbir ta’ eżempji sbieħ, wirt li se jkompli jgħix fil-familja u f’dawk kollha li kellhom ix-xorti jafuha. Minn naħa tagħna, nagħtu l-kondoljanzi sinċieri lil Georg Sapiano u lill-familja kollha tiegħu f’dan il-mument diffiċli. Jalla Rose tistrieħ fis-sliem.
Facebook / Georg Sapiano