Dalgħodu l-Kunsill Lokali tar-Rabat ħa l-inizjattiva li jqassam il-fliexken tal-ilma kif ukoll is-sunblock lill-ħaddiema tal-indafa li kineu qed jaħdmu f'xemx tiżreġ fil-lokalità.
Is-sindku Rabti Sandro Craus ħabbar dan fuq il-midja soċjali fejn ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex fl-isfond ta' dawn il-kundizzjonijiet ta' temp, iżommu l-indafa kemm jista' jkun ħalli ma tiżdiedx it-tbatija għal dawn il-ħaddiema li jkollhom jaħdmu anke fil-qilla tax-xemx.
Intant, fuq il-midja soċjali ttellgħu ukoll bosta ritratti fejn dan il-ġest nobbli jidher qed jieħu l-ħajja.
Prosit tassew.
Facebook / Sandro Craus