Ftit sekondi wara li lbieraħ waslet fi tmiemha l-finali tat-Tazza tad-Dinja, plejers Arġentini u oħrajn Spanjoli ġew fl-idejn.
Filmati jindikaw li l-ġlieda bdiet meta ftit sekondi wara li r-referee saffar is-suffara, il-plejer Arġentin Leandro Paredes avviċina u saħansitra mbutta lill-plejer Spanjol Pablo Gavira, magħruf bħala Gavi.
F'temp ta' ftit sekondi, il-ġlieda eskalat hekk kif għadd ta' plejers miż-żewġ naħat involvew irwieħhom ukoll.
Il-ġlieda tqanqlet wara partita finali bejn it-tim nazzjonali Spanjol u dak Arġentin li ntemmet bi skor ta' 1-0 u ddikjarat lil Spanja bħala ċ-champions tad-dinja.
Fuq il-midja soċjali dalgħodu kien hemm kundanna kbira għall-attaġjament tal-plejer Arġentin li bih instiga ġlieda fil-mument ta' glorja u ferħ għat-tim Spanjol.
🚨FULL SCENES AFTER FINAL WHISTLE AS ARGENTINA STARTED A SERIOUS FIGHT AFTER LOSING TO SPAIN 🥊🥊🥊.@MickyJnr__ 🎥 pic.twitter.com/hhEtGJYgrs
— United Pride (@UtdPride) July 20, 2026
Facebook / Off The Pitch u ESohna – Network