Skont kif irrappurtat mis-sit 'Aġġornament tat-Temp', fil-ħin li ġej diversi nħawi f'pajjiżna se jkunu qed jintlaqtu mix-xita. L-ikbar kwantità ta' xita mistennija tinżel fuq il-gżira Għawdxija.
Sadanittant, minn bassara oħrajn qed tkompli tissemma l-possibbiltà li tmiem din il-ġimgħa jġib miegħu xi maltempata, hekk kif it-temperatura qed tkompli nieżla u x-xitwa tinsab ferm fil-qrib.

Facebook / Aġġornament Tat-Temp