Ftit ġimgħat ilu, pajjiżna kellu l-unur li għat-tielet darba fl-istorja tiegħu jospita l-Junior Eurovision Song Contest. Statistika li ġiet żvelata matul dawn l-aħħar sigħat uriet kif dan il-festival din is-sena ġie segwit minn madwar 231 miljun ruħ onlajn u 11-il miljun ruħ ieħor fuq l-istazzjonijiet tat-televixin.
Iċ-ċifri wrew ukoll li l-ispettaklu kien l-iżjed popolari fost l-udjenza ta' tfal u żgħażagħ. B'din l-edizzjoni nkiser ukoll rekord fl-istorja tal-JESC tal-ammont ta' segwaċi li qatt segwew il-festival mill-pjattaforma YouTube Kids fl-istess ħin.
B'reazzjoni għal dawn iċ-ċifri, id-direttur tal-JESC fi ħdan l-EBU Martin Green enfasizza l-importanza li dan il-festival jgħaqqad il-ġenerazzjonijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ flimkien.
Sors: Eurovision Fun
Facebook / Juniour Eurovision Song Contest