“Għaddew 18-Il Sena F’Daqqa T’Għajn” – John Busuttil Ifakkar Meta Twieldet In-Neputija U Sar Nannu!

John Busuttil qasam messaġġ hekk kif in-neputija tiegħu Martina għalqet 18-il sena, u fakkar il-jum speċjali meta twieldet u hu sar nannu għall-ewwel darba.

Fil-kitba tiegħu, John irrakkonta kif għaddew 18-il sena minn dik il-ġurnata memorabbli li bidlitlu ħajtu. Huwa spjega li meta twieldet Martina, ħa ritratt li għalih għandu tifsira kbira ħafna. Fir-ritratt jidher ibnu Dylan, li kien għamel lil John missier għall-ewwel darba meta twieled hu, filwaqt li mbagħad għamel lil John nannu għall-ewwel darba meta twieldet Martina.



John iddeskriva dik il-ġurnata bħala wieħed li qatt ma jista’ jinsa, mimlija ferħ u emozzjonijiet li għadhom ħajjin fil-memorja tiegħu sal-lum. “Min kellu jgħidli li llum kont se naraha ssir mara ta’ 18-il sena,” kiteb John, filwaqt li esprima l-istagħġib tiegħu dwar kemm jgħaddi malajr iż-żmien.



Il-messaġġ tiegħu laqat lil bosta persuni, hekk kif jirrifletti s-sentimenti li ħafna nanniet u ġenituri jesperjenzaw meta jaraw lit-tfal u n-neputijiet tagħhom jikbru u jilħqu mumenti importanti f’ħajjithom.

Awguri lil Martina f’dan il-jum speċjali.



Ritratti:

Facebook / John Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI