Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, It-Temp Madwarna qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn dwar spettaklu naturali li bosta min-nies gawdew illum.
Huma qalu, “Aktar kmieni llum deher loġġ tax-xemx mill-isbaħ! Dan iċ-ċirku bil-kuluri tal-qawsalla madwar ix-xemx jinħoloq meta d-dawl tax-xemx jgħaddi minn kristalli żgħar tas-silġ f’livelli għoljin ħafna tal-atmosfera.”
Żiedu, “Dan jissejjaħ ukoll “22° halo” u ġeneralment jidher meta jkun hemm preżenti sħab għoli rqiq tat-tip ‘Cirrus’.In-natura tassew taf tagħmel spettaklu mill-isbaħ! Qatt rajtu wieħed bħal dan?”