Għadek Tuża Ċ-Ċekkijiet? Dawn Huma L-Ħames Bidliet Li Se Jidħlu Fis-Seħħ Mill-1 Ta’ Jannar 2027

Jekk għadek tagħmel użu miċ-ċekkijiet, tajjeb li tkun infurmat dwar numru ta’ bidliet importanti li se jidħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2027. Il-Bank Ċentrali ta’ Malta ħabbar regoli ġodda dwar l-użu u l-ipproċessar taċ-ċekkijiet permezz tal-aġġornament tad-Direttiva Nru 19.

Dawn huma l-ħames bidliet ewlenin li wieħed għandu jkun jaf bihom:

  • Ammont minimu ta’ €50: Il-banek se jipproċessaw biss ċekkijiet li jkollhom valur ta’ €50 jew aktar.
  • Validità ta’ tliet xhur: Iċ-ċekkijiet iridu jiġu ddepożitati fi żmien tliet xhur kalendarji mid-data miktuba fuqhom. Id-drafts bankarji se jibqgħu validi għal sitt xhur.
  • Ma jistgħux jissarrfu fi flus kontanti: Iċ-ċekkijiet kollha jridu jiġu ddepożitati fil-kont bankarju tal-persuna jew tal-organizzazzjoni msemmija fuqhom, irrispettivament mill-ammont.
  • Disponibbiltà tal-flus: Meta ċekk tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jiġi ddepożitat, jew meta ċekk jiġi ddepożitat fl-istess bank li ħarġu, il-flus ikunu disponibbli minnufih jekk id-depożitu jsir għand il-kaxxiera, jew sa tmiem il-jum tax-xogħol ta’ wara jekk isir permezz ta’ ATM.
  • Twissijiet għal ċekkijiet mhux imħallsa: Jekk ma jkunx hemm biżżejjed flus fil-kont biex ikopru l-ammont taċ-ċekk, il-bank jirritorna ċ-ċekk mhux imħallas u joħroġ twissija. Wara sitt twissijiet, il-bank jirtira l-ktieb taċ-ċekkijiet.

Dawk kollha li għadhom jagħmlu użu miċ-ċekkijiet għandhom jieħdu nota ta’ dawn il-bidliet sabiex jevitaw inkonvenjenzi mill-bidu tas-sena d-dieħla.

U intom, għadkom tagħmlu użu miċ-ċekkijiet jew illum il-ġurnata tippreferu metodi elettroniċi ta’ ħlas?

Ritratt:

Facebook / Central Bank of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI