Janice Busuttil Tagħti Ħajja Ġdida Lil Żewġ Ingravajjet Ta’ John Busuttil B’Idea Kreattiva

Janice Busuttil, wiċċ popolari fuq il-midja soċjali u kunsilliera lokali, qasmet mas-segwaċi tagħha l-aħħar proġett kreattiv li ħadmet fuqu, din id-darba bl-użu ta’ żewġ ingravajjet ta’ John Busuttil. "Ilbieraħ għidtilkom li kelli xi ħaġa tberren f’moħħi jekk nagħmilhiex jew le. Hawn ir-riżultat... żewġ ingravajjet ta’ John Busuttil dawwarthom fi stil għalija," kitbet Janice.

B’hekk, Janice tat ħajja ġdida lil dawn iż-żewġ ingravajjet, billi bidlithom f’aċċessorji tal-moda li tista’ tilbes hi stess. Lil hinn mill-aspett kreattiv, Janice qasmet ukoll idea sabiħa ma’ dawk li għandhom xi ingravata ta’ persuna għażiża għalihom u li ma jixtiqux jarmuha.

"Min ma jixtieqx jarmi xi ingravata, forsi ta’ persuna għal qalbkom, minflok tħalluha fil-kexxun, tistgħu tilbsuha," żiedet tgħid. Idea oriġinali li mhux biss tagħti ħajja ġdida lil oġġetti li forsi ilhom snin merfugħin, iżda tista’ wkoll isservi bħala mod sabiħ kif inżommu tifkira ta’ persuna għażiża qrib tagħna.

Intom, ġieli ħsibtu li tittrasformaw xi oġġett b’valur sentimentali f’xi ħaġa li tistgħu tilbsu?

Ritratt:

Facebook / Janice Busuttil

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI