“Għal Dejjem Maħbubin U Qatt Minsijin” – Mark Anthony Bartolo Jiftakar Fl-Għeżież Nanniet Tiegħu

Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo qasam messaġġ sentimentali fuq il-midja soċjali li fih fakkar il-memorja tal-għeżież nanniet tiegħu, li ħallew din id-dinja snin ilu.

"Għaddew is-snin minn meta l-għeżież nanniet tiegħi ħallewna, iżda l-memorji li ħloqna flimkien se jibqgħu ħajjin għal dejjem," kiteb Mark Anthony. Minkejja li għaddew is-snin, l-imħabba li għandu lejhom għadha ħajja f’qalbu, bħalma għadhom ħajjin il-memorji tal-mumenti li għaddew flimkien.

"M’għadhomx quddiem għajnejna, iżda qatt ma telqu minn qlubna. Għal dejjem maħbubin, inħossu ħafna n-nuqqas tagħhom u qatt mhu se ninsewhom," temm jgħid il-kantant.

Messaġġ li żgur jolqot il-qlub ta’ dawk kollha li kellhom rabta speċjali man-nanniet tagħhom. Għalkemm iż-żmien jgħaddi, il-memorji li nkunu ħloqna magħhom jibqgħu teżor prezzjuż li nġorru magħna tul ħajjitna.

Ritratt:

Facebook / Mark Anthony Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI