Għadhom Kif Iżżewġu Żewġ Kantanti!

Illum żewġ kantanti lokali, Deborah u Geordie ntrabtu bis-sagrament taż-żwieġ! Ta’ spiss dawn iż-żewġ kantanti bravi narawhom ikantaw flimkien. F’dan il-vidjow nistgħu nisimgħu l-vuċi straordinarja tal-miżżewġin friski!

Geodie mhux talli hu kantant, iżda jdoqq il-pjanu wkoll. Fil-fatt huwa l-pjanist tal-kantant tant popolari Franklin Calleja. Il-kantant tella’ ritratt fuq Facebook u feraħ lil din il-koppja fil-ġurnata tat-tieġ tagħhom. 

Naturalment fir-ritratti li kienu qed itellgħu tul il-preparamenti tat-tieġ, naraw kemm kienu ħerqana li din il-ġurnata tasal! Fil-fatt f’diversi ritratti, Deborah tikteb kemm-il ġurnata kien għad fadal biex din il-koppja titla’ fuq l-artal u tgħid l-iva tagħha!

It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jifraħ lil din il-koppja ħelwa f’din il-ġurnata hekk speċjali. Nawgurawlhom ħajja feliċi mimlija ferħ, saħħa u hena!

Facebook / Geo Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI