“Għadni Hawn Imma Ninsab Ħafna Aħjar!” – L-MP Nigel Vella Wara Li Ftit Jiem Ilu Ddaħħal L-Isptar

Wara li ftit jiem ilu ħabbar li sfortunatament kellu jiddaħħal l-isptar sabiex jiġi rikoverat, ftit sigħat ilu, l-MP Nigel Vella stqarr fuq il-midja soċjali li b'xorti tajba issa jinsab ħafna aħjar; madankollu, hu għal issa se jkollu jibqa' jiġi rikoverat fl-isptar Mater Dei.

Fil-messaġġ tiegħu, l-MP esprima sens ta' gratitudni u apprezzament lejn il-ħaddiema li bħalissa qed jieħdu ħsiebu u jagħtuh il-kura meħtieġa.

Nawgurawlu fejqan ta' malajr.

Ritratti:

Facebook / Nigel Vella u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI