Il-kantanta Eleanor Spiteri llum qed tiċċelebra għeluq snin u f’din l-okkażjoni l-għarus tagħha ddeċieda li jħejjilha sorpriża mill-isbaħ. Hu għamel kuntatt mal-attriċi favorita ta’ Eleanor. Din hi attriċi li kellha nominazzjoni fil-Broadway Tony Awards u tagħmel il-parti ta’ Nini fil-musical popolari Moulin Rouge ġewwa l-Amerika.
Jidher li l-attriċi laqgħet it-talba tal-maħbub ta’ Eleanor u għaddiet messaġġ lill-kantanta lokali sabiex tawguralha f’għeluq sninha. Ir-reazzjoni tagħha tistgħu tarawha f’dan ir-ritratt li xeħtet il-kantanta fuq il-midja soċjali tagħha. “Ir-reazzjoni tiegħi tgħid kollox. Kollox grazzi għall-għarus mill-aqwa tiegħi.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Eleanor Spiteri l-isbaħ xewqat f’dan il-jum. Nimmaġinaw li ħa tkun qed tgħaddi dan iljum speċjali mal-għeżież tagħha. Nawgurawlek sena mimlija saħħa u kuntentizza.
Facebook / Eleanor Spiteri