“Għadu Kemm Kelli L-Ewwel Intervista Internazzjonali Tiegħi” – AIDAN

Ir-rebbieħ tal-Malta Eurovision Song Contest tas-sena 2026, Aidan, ħabbar b’eċitament li rċieva opportunita`speċjali għaliex kellu l-ewwel intervista internazzjonali tiegħu.

Fuq il-midja soċjali hu kiteb, “Għadu kemm kelli l-ewwel intervista internazzjonali tiegħi fuq l-akbar programm televiżiv ta’ filgħodu fil-Bulgarija! Grazzi tal-istedina, Georgi u BNT.”

Jidher li l-messaġġ ta’ Bella qed jintlaqa’ b’mod pożittiv ferm. Fir-ritratti ppubblikati jidher bi tbissima kbira fuq fommu, għaliex jinsab kburi li rnexxielu jasal s’hawn u jirrappreżenta lil pajjiżna b’dan il-mod.



F’isem Gwida.mt, tassew ninsabu ferħanin għalih għax qed iwettaq il-ħolm tiegħu u fl-istess waqt, diversi pajjiżi oħra qed japprezzaw it-talent tiegħu.





Ritratti:

Facebook / AIDAN

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI