Bħalissa l-kantant bravu Kevin Borg qed jieħu sehem fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej. Dan il-musical intogħġob ħafna mal-Maltin u l-Għawdxin għax il-biljetti ta’ sitt xows inbigħu kollha!
Ftit minuti ilu, Kevin Borg tella’ post fuq il-midja soċjali tiegħu li ħasditna xi ftit. Kiteb li għadu kemm kellu jagħmel operazzjoni malajrHuwa rringrazzja lit-tabib tiegħu u lill-ħaddiema kollha tad-dipartiment tal-emergenza ta’ Mater Dei.
Il-kantant irringrazzja wkoll lit-tabib u l-assistant tiegħu li għamlulu l-operazzjoni għax li kieku ma kinux huma, ma kienx jista’ jkun preżenti llejla u għada, għall-aħħar żewġ xows ta’ Il-Kbir Għadu Ġej!
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq fejqan ta’ malajr lil Kevin. Apparti minn hekk, nixtiequ nifirħu lilu u lil dawk kollha li tellgħu Il-Kbir Għadu Ġej għax huwa musical mill-isbaħ!
Facebook / Kevin Borg