"Għal Xi Wħud Kont Sempliċement Annimali, Imma Għalina Kont L-Imħabba Tal-Familja" – Maruska Aquilina

Il-preżentatriċi u attriċi lokali Maruska Aquilina qasmet l-aħbar li mietilha l-fenek li tant u tant kienu jħobbu. Il-feneck abjad bl-isem ta’ Bugsy kien ilu għand il-familja ta’ Maruska għal dawn l-aħħar tliet snin.

F’post li kitbet ftit tal-ħin ilu hi qalet, “Oh Bugsy! Wasal iż-żmien tiegħek li taqsam il-pont tal-qawsalla. Għal xi wħud kont sempliċement annimal, imma għalina kont l-imħabba tal-familja. Grazzi għal 3 snin ta’ mħabba pura, ħa tibqa’ mfakkar dejjem.”

Annimal jimla dar u dawk li jħobbu l-annimali jistqarru dan mill-ewwel. Kemm jekk fenek, kemm jekk kelb, qattus jew xi għasfur. Insomma l-annimali jsiru parti mill-familja u t-telfa tagħhom dejjem tkun waħda kiefra. Kuraġġ Maruska.





Facebook / Maruska Aquilina



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI