Sfortunatament, il-kantanta Cherylis tilfet lin-nannu u qasmet ritratt tal-aħħar spettaklu li attenda n-nannu tagħha biex jaraha.
Hi qalet li l-kanzunetta ‘Tfewwaħ’ kienet għal qalbu u mlietu b’ħafna ferħ. Jidher li Cherylis qed taħdem fuq kanzunetta ġdida li għadha ma ħarġitx u tixtieq li tiddedikaha lin-nannu. “Kont ġa smajt fuq xix bdejt naħdem u għalkemm il-prodott finali ma smajtux, nittama li jkolli ċ-ċans niddedikah lilek” qalet Cherylis fil-post tagħha fuq il-midja soċjali.
Aħna ta’ Gwida.mt nibgħatu l-kondoljanzi lil Cherylis u lil familja kollha tagħha.