Għall-Ewwel Darba Fl-Istorja Hemm Iżjed Kattoliċi Fl-Afrika Milli Hawn Fl-Ewropa

Skont ċifri ppubblikati mill-Vatikan f'dawn l-aħħar jiem, jirriżulta li għall-ewwel darba fl-istorja hemm iżjed Kattoliċi fl-Afrika, milli hawn bħalissa fl-Ewropa.

Dan hekk kif l-istatistika żvelat li sal-2024 fl-Afrika kien hemm madwar 288.31 miljun Kattoliku filwaqt li fl-Ewropa kien hawn 287.24 miljun; dan ifisser li fl-Afrika kien hemm mal-miljun iżjed Kattoliku milli hawn fl-Ewropa.

Sadanittant, b'qabża sostanzjali, l-Amerka t'Isfel għadha l-iżjed kontinent Kattoliku fid-dinja, kif dejjem kienet matul dawn l-aħħar mijiet ta' snin. Dan hekk kif l-istatistika tal-Vatikan turi li fil-kontinent jgħixu madwar 678.87 miljun Kattoliku.

Intom x'taħsbu dwar ir-riżultati maħruġa minn din l-istatistika?

Sors: Reuters

Ritratt:

Facebook / Vatican News u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI