Sittax-il sena wara t-telfa ta' ommha, Polly Muscat, Maria La Barokka Muscat qasmet messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali fejn fakkret il-ġurnata li bidlitilha ħajjitha għal dejjem.
Maria rrakkontat kif il-mument traġiku seħħ waqt li kienu qed jgħumu fil-Qawra. Issemmi kif ommha kienet telgħet mill-baħar u qaltilha li kienet bla nifs. "Ħarset lejja, raddet is-salib, u minkejja kull tentattiv li għamilt, sakemm ġiet l-ambulanza laħqet mititli," kitbet Maria.
Żiedet li magħha kien hemm ukoll bintha Aaliyah, li dak iż-żmien rat ix-xena u, kif qalet Maria, baqgħet tiftakar dak il-mument diffiċli.
Fil-messaġġ tagħha, Maria sellmet il-memorja ta' ommha b'kliem mimli mħabba u gratitudni.
"Ma, jiena dejjem semmejtek u faħħartek u nibqa' nagħmel hekk sakemm nagħlaq għajnejja. Il-Mulej tani l-aqwa omm li qatt seta' kelli. Kont tħobbni bla qies... Ilni 16-il sena ngħix b'qalbi maqsuma... u nibkik kuljum."
Insellmu l-memorja tal-għażiża Polly. Kuraġġ Maria.