“Għamilt Id-Dar U L-Ħajja Tagħna Kompluti” – Josmar Dwar Rocco!

Kemm hawn min jiċċelebra għeluq snin il-pet tiegħu? Josmar u Ryan, il-preżentaturi ta’ Sibtek, illum qed jiċċelebraw għeluq is-sentejn tal-kelb tagħhom Rocco, li jidher ħafna fuq it-televiżjoni waqt il-programm.

Fuq il-midja soċjali, Josmar kiteb: “It-2 Anniversarju t-tajjeb liċ-champ tagħna – Rocco! Mill-ewwel jum li rajnik, int għamilt id-dar u l-ħajja tagħna kompluti! Aħna nħobbuk champ.”





Awguri sabiħ! Aħna minn Gwida.mt nittamaw li Rocco llum irċieva ħafna bews, fsied u rigali kif ħaqqu żgur!

Facebook/Josmar



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI