“Għamilt Kuntatt B’Mod Personali Mal-Ministru Tat-Trasport Biex Insolvu Din Il-Kruċjata Ta’ Sitwazzjoni Tat-Traffiku” – Glen Ciantar

Glen Ciantar

Is-sigħat ta’ filgħodu saru sinonimi ma’ konġestjoni, dewmien u frustrazzjoni. Bosta jgħidu li minkejja li jitilqu kmieni xorta jispiċċaw maqbuda fit-toroq. Każ partikolari dalgħodu.

Glen Ciantar reġa’ qajjem diskussjoni nazzjonali wara post fuq il-midja soċjali fejn indirizza waħda mill-ikbar sfidi ta’ kuljum fil-gżejjer Maltin.

Fil-messaġġ tiegħu, Ciantar żvela li għamel kuntatt personali mal-Ministru tat-Trasport sabiex tiġi indirizzata dik li sejħilha “krucjata ta’ sitwazzjoni tat-traffiku” li qed tkompli taffettwana lkoll.

“Ser inressaqlu diversi proposti li ili naħdem fuqhom zmien. Nittama li jitwettqu,” ikompli Glen.

Għalkemm fil-post tiegħu ma daħalx fid-dettall tal-proposti, jidher li lest biex jgħin ħalli jkollna sitwazzjoni aħjar f’dak li hu traffiku.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI