Għandek Problema Biex Tgħabbi? Melanie Kelly Għandha S-Soluzzjoni Għalik!

Il-preżentatriċi tal-programm Let’s Talk About Sex fuq XFM 100.2, Melanie Kelly laqqatna mal-unika Match Maker professjonali li hawn f’Malta. F’intervista li tista ssegwi hawn isfel, Melanie tistaqsi lil Charmaine Slotssdahl fuq l-irwol tagħha bħala ħuttaba!

“X’imkien hemm il-maħbub/a tiegħek u jien nista nsibulek… Tista tkun qansħa kemm trid!” tirrispondi Charmaine fuq il-programm.

Melanie titkellem ukoll fuq l-importanza tas-sigretezza! Waqt li applications bħal Tinder trid toqgħod tikxef għajnejk li inti qiegħed/qiegħda fuq l-ixkaffa nies bħal Charmaine jagħmlu dan taħt segretezza enormi. Charmaine tassigura li l-laqgħat mal-klijenti tagħha jkunu wiċċ imbwiċċ u b’kunfidenzjalita enormi.

Melanie tistaqsiha jekk ħaditx xi korsijiet biex laħqet ħuttaba professjonali. “Jiena relationship councillor, persuna soċjali u ninotta ħafna n-nies. Apparti li dejjem inkun qed ngħarrex u nfittex l-aħjar kandidati. Din hija l-aktar parti tax-xogħol tiegħi li nħobb”. - Charmaine tgħid lil Melanie.

Imma dawn il-ħuttaba jaħdmu? Charmaine tgħid “Kont mistiedna għal ħafna tiġien li l-koppja ingħaqqdu permezz tiegħi’”.

Minjaf forsi Charmaine tista tkun is-soluzzjoni għal sieħbek jew ħabibtek li bħalissa għadha/għadu fuq l-ixkaffa!

Let's talk about sex

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI