Bħal dejjem Bjorn jesprimi gratitudni lejn nies li jkunu hemm għalih, u juru appoġġ veru għal DAR Bjorn - il-missjoni tiegħu li minkejja t-tbatija kollha, qed jibqa' jirsisti biex tkompli tikber u tibqa' dejjiema.
Din id-darba jirringrazzja lil Mary u Moira, żewġ persuni li jafu eżatt x'battalja jaffaċċjaw ir-residenti f'DAR Bjorn. Dan hekk kif l-irġiel tagħhom jgħixu hemm.
"Dawn iż-żewġ nisa għandhom l-irġiel tagħhom jgħixu ġewwa DAR Bjorn Qormi u ġew iżuruni f’ DAR Bjorn Ħaż-Żebbuġ. Grazzi talli ġejtu Mary u Moira."
Ibqa' kuraġġuż Bjorn! Għandek ħafna nies hawn għalik!
Facebook/ Bjorn Formosa