“Għandna Tfal Li Ma Jitkellmux Iżda Jirnexxielhom Jikkomunikaw Bil-Mużika” – Il-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca

F’intervista li l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca kellha fuq l-istazzjon tar-radju Campus 103.7 max-xandara Sonia Young, hi tkellmet dwar il-ħidma li l-Malta Trust Foundation ilha tagħmel matul dawn l-aħħar snin.

Il-President-Emeritu spjegat kif fost oħrajn il-Fondazzjoni qed taħdem sabiex tagħti terapija permezz tal-arti u tal-mużika lil bosta tfal bi problemi ta’ komunikazzjoni. Semmiet li hemm tfal li jsibuha diffiċli sabiex jitkellmu bid-diskors iżda minflok jirnexxielhom jikkomunikaw permezz tal-mużika.

L-Eċċelenza Tagħha sostniet li din it-terapija tgħin tfal li jsofru minn xi kundizzjoni sabiex minkejja kollox jirnexxielhom jimirħu fil-potenzjal u t-talenti tagħhom.

Fl-intervista l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca semmiet li fil-jiem li ġejjin il-Malta Trust Foundation se tkun qed tiċċelebra għeluq għeluq il-11-il sena mit-twaqqif tagħha. Dan hekk kif il-Fondazzjoni kienet ġiet imwaqqfa proprju fil-15 ta’ Mejju tal-2015.

Fis-Sibt 13 ta’ Ġunju, il-Malta Trust Foundation se tkun qiegħda tagħmel maratona ġbir ta’ fondi.



Prosit lil The Malta Trust Foundation għall-ħiedma siewja tagħhom!





Ritratti:

Facebook / The Malta Foundation for the Wellbeing of Society u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI