Is-Servizz Pubbliku fakkar lill-pubbliku dwar il-proċedura korretta għar-rimi ta’ skart goff, filwaqt li appella biex dan isir b’mod responsabbli u organizzat.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, spjega li kull min għandu bżonn jarmi skart goff għandu jikkuntattja lill-Kunsill Lokali tiegħu biex jagħmel appuntament għall-ġbir, minflok iħalli l-oġġetti fit-triq mingħajr awtorizzazzjoni.
Is-Servizz Pubbliku informa lill-pubbliku li r-ritratt użat mal-messaġġ inħoloq bl-Intelliġenza Artifiċjali. Din l-indikazzjoni saret biex ikun ċar li l-immaġni hija illustrattiva u mhux ritratt ta’ sitwazzjoni reali, filwaqt li l-enfasi tibqa’ fuq l-importanza li r-rimi tal-iskart isir skont il-proċeduri stabbiliti.