“Għaxar Snin Niċċelebraw Għeluq Is-Snin Flimkien Miegħek Huma Waħda Mill-Isbaħ Barkiet Ta’ Ħajti” – Il-Kantant Matthew James Borg

Il-kantant lokali Matthew James Borg ħalla messaġġ mill-isbaħ lil martu wara li din iċċelebrat għeluq sninha, b’kliem li juri kemm hi b’saħħitha r-rabta u l-imħabba li għandhom għal xulxin.

Matthew qal, li għalih din hija ġurnata speċjali biex jiċċelebraw lil martu, li b’affezzjoni sejħilha “my baby blue”. F’messaġġ mimli tenerezza, huwa rrifletta fuq l-aħħar għaxar snin, li matulhom kellu l-ferħ li jiċċelebra kull għeluq sninha magħha.

Huwa ddeskriva lil martu bħala persuna li timla kull jum b’ferħ, tbissim, daħk u, fuq kollox, imħabba. Fakkar ukoll fil-passjoni sabiħa li biha tgħix dak kollu li tagħmel, kwalità li jidher li jammira ħafna fiha. Il-messaġġ tiegħu ma kienx biss awguri għall-għeluq sninha, iżda wkoll ċelebrazzjoni tal-ħajja li qed jibnu flimkien.

B’wegħda sempliċi iżda qawwija, Matthew temm il-messaġġ tiegħu b’xewqa li tgħid kollox: li jkomplu jikbru fl-età flimkien, għal dejjem.

It-Tim ta' Gwida.mt, jifraħ lil martu f'għeluq sninha u jalla jkollok sena mimlija ferħ, hena u mħabba!

Ritratt:

Facebook/Matthew James Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI