Il-Perit Toni Bezzina kiteb messaġġ bħala gratitudni f'jum għeluq sninu. Hu jesprimi l-appoġġ li dejjem isib f'dawk ta' madwaru fosthom il-familjari.
"Grazzi lill-familja kollha tiegħi tas-sostenn tagħhom tul dawn is-57 sena, b’mod speċjali lill-mara tiegħi Josette, lit-tifla tiegħi Deborah u lir-raġel tagħha Brandon, lill-ġenituri tiegħi, lil oħti u lill-kunjata tiegħi. Grazzi kbira wkoll lil diversi kollegi u ħbieb li llum il-ġurnata nikkunsidrahom bħala parti mill-familja tiegħi."
Hu jkompli, "Però, fl-aħħar u mhux l-inqas, grazzi lil dawk kollha li llum awgurawli f’għeluq snini. Fuq kollox, grazzi lil Alla li dejjem żamm idejh fuqi u fuq familti."
Awguri mill-qalb f'isem it-tim ta' Gwida.mt!