Għeja Estrema u Aġitazzjoni Huma Fost Is-Sinjali Ta’ Heatstroke – Skopri Aktar

Xemx

Heatstroke hija kundizzjoni li sseħħ meta waqt xi mewġa ta' sħana b'mod speċjali, it-temperatura tal-ġisem titla’ għal 40 gradi jew aktar. Dan f'riskju li jseħħ meta tkun espost għal ħin twil għal temperaturi għoljin ħafna.

Din il-kundizzjoni hija l-aktar komuni matul is-Sajf fi klima sħuna u umda, u aktar probabbli sseħħ waqt attività fiżika jew xogħol barra f’temp sħun.

Heatstroke teħtieġ trattament ta’ emerġenza immedjata, għax jekk ma jiġix trattat jista’ jagħmel ħsara lill-organi vitali bħall-moħħ, il-qalb, il-kliewi u l-muskoli, u jżid ir-riskju ta’ kumplikazzjonijiet serji jew saħansitra mewt.

L-anzjani huma fost dawk li l-iktar jinsabu f'riskju ta' heatstroke. Apparti minn hekk hemm dawk b’mard kroniku li jieħdu ċerti tipi ta’ mediċini bħal mediċini kontra l-pressjoni għolja, dijuretiċi, antidepressivi jew antipsikotiċi, atleti ta’ sport fil-beraħ u tfal.

Id-deidratazzjoni, l-intossikazzjoni mill-alkoħol kif ukoll l-użu ta’ droga illegali jistgħu wkoll iżidu r-riskju ta’ heatstroke.

Is-sinjali u s-sintomi ta' heatstroke jistgħu jinkludu ġilda ħamra b’temperatura ta’ 40 grad jew aktar fil-ġisem; diffikultajiet mentali bħal konfużjoni, għeja estrema, aġitazzjoni, taħwid fid-diskors, irritabilità, deliru; dardir jew rimettar; iperventilazzjoni; palpitazzjonijiet u uġigħ ta’ ras.

Miżuri preventivi biex jiġu evitati heatstroke jinkludu; li nixorbu l-ilma b’mod frekwenti, limitazzjoni ta’ attivitajiet barra fix-xemx qawwija, speċjalment f’ħinijiet ta’ UV għoli (bejn il-11:00 u l-16:00), installazzjoni ta’ sistemi ta’ arja kundizzjonata ġewwa, ilbies ħafif, użu ta’ sunscreen b’SPF għoli, kif ukoll li ma tħalli lil ħadd fil-karozzi ipparkjati (inklużi l-annimali domestiċi).



Jekk taħseb li xi ħadd jista’ jkun qed jesperjenza heatstroke, ċempel 112 u agħmel azzjonijiet immedjati biex tkessaħ lill-persuna, bħal tmexxihom f’żona bil-kamp jew għall-kenn.

Ara aktar modi kif tista' tevita l-perikli li ġġib magħha sħana estrema:

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI