38.8 Miljun Metru Kubu Ta’ Ilma Tax-Xorb Fl-2025 – Żieda Ta’ 5% Fuq Is-Sena Ta’ Qabel

Ilma

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) ħabbret li l-2025 kienet sena rekord għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, hekk kif ipprovdiet 38.8 miljun metru kubu ta' ilma, żieda ta' 5% meta mqabbla mas-sena ta' qabel.



Skont il-Korporazzjoni, din iż-żieda fil-produzzjoni saret filwaqt li kompliet tipproteġi r-riżorsi naturali tal-ilma tal-pjan ta' Malta, mingħajr ma ġiet sfruttata ebda borehole.

Il-KSI spjegat li matul l-2025 wettqet ukoll diversi inizjattivi mmirati lejn ġestjoni aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma. Fosthom, ġew riattivati 17-il sors tal-ilma tal-pjan li kienu ilhom ma jintużaw, filwaqt li sar xogħol ta' rijabilitazzjoni fuq aktar minn 100,000 metru kubu ta' ġibjuni.

Barra minn hekk, kompliet titkabbar in-network ta' dispensers pubbliċi tal-ilma madwar Malta u Għawdex, sabiex aktar persuni jkollhom aċċess għal ilma tax-xorb b'mod faċli u sostenibbli.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI