“Għeżież Ħbieb, Għall-Grazzja t’Alla S’issa L-Intervent Mar Kollox Sew” – L-MP Katya De Giovanni

Il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni tat aġġornament lis-segwaċi tagħha dwar intervent li kellha. Fuq il-paġna tagħha kitbet li kollox mar sew, filwaqt li rringrazzjat lil kulħadd għall-għajnuna u l-messaġġi.

Hi kitbet, “Għeżież ħbieb, għall-grazzja t’Alla s’issa l-intervent mar kollox sew u bħalissa qed nimxu skont il-pariri tat-tobba. Minn qalbi nirringrazzja lit-tobba u lill-infermiera għad-dedikazzjoni u l-paċenzja kbira li juru magħna. Grazzi minn qalbi tal-messaġġi ta’ kuraġġ u tal-appoġġ tagħkom. Vera napprezza.”



Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti kollha jawgurawlha fejqan ta’ malajr u jitolbu biex Alla jżomm idejh fuqha. Kuraġġ għażiża Katya, tibqa’ fit-talb tagħna!





Ritratti:

Facebook / Katya De Giovanni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI