“Illum Jaħbat It-Tieni Anniversarju Mill-Mewt Ta’ Dun Raymond Cassar.” – Knisja Santa Marija Bubaqra Żurrieq

Dun Raymond Cassar

Illum jimmarka t-tieni anniversarju minn meta ħalla din id-dinja l-qassis maħbub, Dun Raymond Cassar. Kulħadd jiddeskrivih bħala bniedem li dejjem ra kif jgħin lill-proxxmu.

Fost dawk li sellmu l-memorja għażiża tiegħu, kien hemm il-paġna tal-Knisja ta’ Santa Marija Bubaqra – Żurrieq, fejn anke xerrdu filmat ta’ quddiesa li kien qaddes f’jum il-festa ta’ Santa Marija.

“Illum jaħbat it-tieni anniversarju mill-mewt ta’ Dun Raymond Cassar… Grazzi Dun Raymond tal-ħidma kbira li wettaqt fil-Knisja ta’ Bubaqra u fil-Parroċċa ta’ Santa Katarina V.M. taż-Żurrieq. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem…”

Insellmu l-memorja għażiża ta’ Dun Raymond Cassar.







Ritratti:

Facebook/ Natius Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI