Omm ta’ żewġt itfal li hija wkoll carer fil-qasam tas-saħħa qasmet l-aħbar mill-isbaħ li wara għoxrin ġurnata li nstabet pożittiva għall-Covid-19 hi fieqet! L-omm ħalliet messaġġ ta’ ringrazzjament lir-raġel tagħha li f’dawn il-jiem ħa ħsieb lil uliedhom.
Hi kitbet, “Għoxrin ġurnata ilu ġejt pożittiva għall-Covid-19… u llum ġejt ħielsa għadni kif ġejt negattiva. Grazzi Ġesù talli kont miegħi f’dawn il-ġranet. Nixtieq fejqan ta’ malajr lil kull minn għaddej minn dan il-virus.”
L-omm tkompli tgħid, “Nixtieq nirringrazzja lil żewġi ta’ kemm ħa ħsiebi u ha ħsieb lil uliedna. Grazzi għall-ġenituri tiegħi u l-familja kollha. Grazzi wkoll għal dawk kollha li bagħtu l-messaġġi u ċempluli. U għal dawk li għamluli kumpanija ta’ kuljum minn fuq il-mobile.”
Hi tagħlaq billi tgħid, “ħa nerġa’ nġib saħħti lura ħalli nkompli lura bil-ħajja ta’ kuljum. Il-ġurnata t-tajba lil kulħadd.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil din il-familja s-saħħa. Nieħdu ferm gost nisimgħu stejjer ta’ suċċess.
Facebook / Mar T Hese