Il-kantant lokali Ivan Farrugia qasam messaġġ sinċier u mimli riflessjoni hekk kif waslu fi tmiemhom iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ għeluq id-49 sena tiegħu.
Fuq il-midja soċjali, Ivan iddeskriva ġurnata sempliċi iżda mimlija mumenti speċjali, fosthom dawra bil-mutur, ħin qrib il-baħar, u nzerta ltaqa’ ma’ ħbieb antiki.
“Xejn straordinarju, iżda kulma jgħodd tassew,” kiteb Ivan, hekk kif irrimarka kemm ħafna drabi n-nies jiġru wara affarijiet kbar filwaqt li jinsew japprezzaw il-mumenti żgħar li jagħtu l-akbar ferħ.
“Għożż l-affarijiet sempliċi fil-ħajja… grat għax-xewqat sbieħ kollha tagħkom, il-mumenti u l-memorji li għamilt matul dawn il-jiem.”
Awguri Ivan!
Facebook/ Ivan Farrugia