Gilbert Gauci B'Suċċess Internazzjonali Ieħor: Il-Kanzunetta Tiegħu Tidher Waqt Is-Sensiela The Young and the Restless Fuq CBS

Il-kantawtur Malti Gilbert Gauci għadu kif laħaq tragward importanti fil-karriera mużikali tiegħu – il-kanzunetta tiegħu Dreaming You’ll Be Mine ġiet inkluża fis-serje televiżiva rinomata Amerikana The Young and the Restless, li tixxandar fuq CBS.

Din hija t-tieni darba li waħda mill-kanzunetti ta’ Gilbert tintgħażel biex tidher f’din is-soap opera tant popolari, u l-artist esprima kemm għadu ma jistax jemmen li ħolma oħra saret realtà.

Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, Gilbert kiteb, “Il-kanzunetta Dreaming You’ll Be Mine dehret fuq The Young and the Restless ta’ CBS. Din hija t-tieni kanzunetta li spiċċat fuq il-programm u tinħass surreali. Ħloqt din ma’ ħabib tiegħi, u kuntent li spiċċat hemm. Grazzi lil kull min għen biex għamel dan possibbli.”

Din il-kanzunetta, li nħolqot flimkien ma’ ħabib tiegħu, tirrifletti kemm il-kreattività kif ukoll l-emozzjoni personali li Gilbert iħaddan fil-mużika tiegħu. Ir-rikonoxximent internazzjonali li qed jirċievi mhux biss hu ta’ sodisfazzjon personali, imma wkoll juri t-talent Malti li qed jikseb viżibilità barra minn xtutna.

Il-fatt li mużiċist Malti qed jissemma f’produzzjoni bħal The Young and the Restless – serje li ilha tixxandar b’miljuni ta’ telespettaturi kuljum – hija prova ta’ kemm is-sengħa u l-ħidma iebsa jistgħu jwasslu ’l bogħod.

Nawguraw aktar suċċess lil Gilbert Gauci fil-karriera mużikali tiegħu, u nibqgħu nsegwu l-passi tiegħu b’kburija. Malta għandha għalfejn tiftaħar!





Facebook / Gilbert Gauci



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI