Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Animal Welfare Gozo laqqgħu lis-segwaċi tagħhom ma’ Harris, li qed ifittex id-dar dejjiema tiegħu.
Huma qalu li Harris u oħtu Tweed kienu nstabu abbandunati ġewwa kaxxa. Wara li t-tim tagħhom salvawhom, sqewhom mill-flixkun u rnexxielhom jikbru f’saħħithom. Tweed sabet dar u qed tistenna li tiġi adottata iżda Harris għadu ma ġiex daqshekk fortunat.
Huma spiċċaw billi qalu li dan huwa qattus ferrieħi immens, ġie eżaminat minn veterinarju, għandu microchip u vvaċċinat. Dawk li huma interessati jadottawh għandhom jibgħatu messaġġ lil Animal Welfare Gozo.