Giuseppe Ta’ Love Island Jiżvela Li Kien Fuq Il-Programm Uomini E Donne

Riċentament, Giuseppe, kontestant fir-raba staġun ta’ Love Island Malta żvela li din mhux l-ewwel darba tiegħu li qed jidher fuq it-televiżjoni. Dan għaliex kien ħa sehem fil-programm Uomini E Donne, programm popolari ferm fl-Italja.

Uomini e Donne huwa programm televiżiv Taljan famuż ħafna, ppreżentat minn Maria De Filippi fuq Canale 5. Ilu jixxandar mill 1996, iżda mill 2001 sar dating show iffukat fuq relazzjonijiet u mħabba.

Bħalissa Giuseppe jinsab fil-villa ta’ Love Island Malta. Jinsab f’koppja ma’ Grazielle iżda qed jinteressa ruħu wkoll f’Anthea u fil-Bombshell il-ġdida Lana.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI