Nathan Psaila qasam messaġġ mimli mħabba u gratitudni lill-ġenituri tiegħu hekk kif iċċelebraw il-25 anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
Fuq il-midja soċjali, Nathan sejħilhom "iż-żewġ pilastri" ta' ħajtu u stqarr kemm iħossu xxurtjat li trabba minn żewġ persuni li, fi kliemu, huma l-aqwa eżempju ta' x'inhi l-imħabba vera.
"Grat Li Trabbejt Ma' Dawn Iż-Żewġ Persuni Straordinarji... L-Aktar Eżempju Pur Ta’ X'Inhi L-Imħabba Vera," jikteb Nathan biex jesprimi l-gratitudni.
Huwa rringrazzjahom tal-imħabba bla qies, tal-qalb tajba u tal-appoġġ kontinwu li tawh tul ħajtu kollha. Saħaq ukoll li kull lezzjoni li għallmuh u kull sagrifiċċju li għamlu għalih kienu kruċjali biex jiffurmawh fir-raġel li hu llum.
Nathan qal li m'hemmx kliem biżżejjed biex jesprimi kemm hu grat li għandu lill-ġenituri tiegħu dejjem maġenbu, filwaqt li awguralhom ħafna aktar snin sbieħ flimkien, mimlijin saħħa, kuntentizza u mħabba.
Huwa temm il-messaġġ tiegħu, "Inħobbkom wisq għeżież tiegħi."
Awguri mill-qalb!